Saturday, May 18, 2024

Malta Vetarans jilgħabu kontra l-All Stars Sicilia

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju, is-selezzjoni nazzjonal tal-Veterans Malta Football Association, il-Malta Veterans, se tilgħab logħba internazzjonali ta’ ħbiberija kontra t-team Sqalli, All Stars Sicilia.

All Stars Sicilia twaqqaf fl-2017 bl-iskop li permezz tal-football jgħin u jappoġġja proġetti soċjali.

It-team huwa ffurmat minn protaginisti fl-isport, fit-televizjoni, fil-ġurnaliżmu u fil-kultura.

Għal-logħba kontra l-Malta Veterans, l-iskwadra ta’ All Stars Sicilia se tinkludi fost l-oħrajn, lill-ex midfielder ta’ Juventus Davide Baiocco, l-ex goalkeeper ta’ Inter, Cagliari u Catania Armando Pantanelli, u l-mudell u rebbieħ tat-titlu Mister Italia fl-2018, Simone Bonaccorsi.

Is-selezzjoni Maltija se  tinkludi ex-players internazzjonali bħal Brian Said, Stefan Sultana, Andrew Cohen u Gareth Sciberras.

Il-logħba se tintlagħab fil-ground ta’ Luxol Sports Club u tibda fil-5pm

Sport