Tuesday, April 30, 2024

Fl-industriji tal-arti, “l-abbużi huma predominanti”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-nuqqas ta’ regolamentazzjoni, ta’ standards industrijali u ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema huma ċirku vizzjuż; “iffirmajna kuntratti fuq ħajt tas-sejjieħ: mingħajr assigurazzjoni medika, u b’paga inqas minn dik minima”

Miktub minn MATTHEW CHARLES ZAMMIT, Ritratt: ALAN SALIBA

Hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 ħalliet ħerba fuq il-parti l-kbira tan-niċeċ ekonomiċi f’Malta, wieħed mis-setturi li laqat b’mod allarmanti lil dawk kollha li huma involuti fih huwa dak kulturali li jinkludi fost oħrajn it-teatru, iż-żfin u il-produzzjonijiet televiżivi u tal-films. Dan hekk kif dawn l-iżvilupp ta’ standards legali u konformi għal kull min huwa involut f’dawn is-setturi għadhom ma laħqux il-livelli naxxenti, b’konsegwenza li l-abbużi li kien hemm mistura issa bdew jitfaċċaw iktar fil-beraħ.

Numru ta’ artisti u ħaddiema involuti f’produzzjonijiet f’Malta esprimew ma’ inewsmalta id-diżappunt tagħhom fuq l-abbuż li qiegħed jiġri minn ċertu bnadi, liema abbuż qiegħed jiġi megħjun bil-fatt li ma jeżistux garanziji legali u professjonali inforzabbli.

“Smajna b’każijiet oxxeni: atturi jiġu sfurzati jiffirmaw kuntratt ta’ impjiegi fuq ħajt ta’ sejjieħ fis-sigħat ta’ filgħodu, mingħajr ma jkollhom ħin li jaqraw il-kundizzjonijiet; crew members involuti fil-produzzjoni li jingħataw paga inqas mill-minimum wage, jew inkella jaħdmu bħala interns, bil-għan li jingħataw l-esperjenza mingħajr ħlas, però jispiċċaw jaħdmu iktar minn persuni oħra ingaġġati b’salarju, mingħajr ebda tip ta’ kumpens; atturi li jaħdmu taħt theddid kontinwu li jekk ma jaċċettawx kundizzjonijiet miżeri, jiġu sostitwiti ma’ persuna oħra, anke dan ikun sinjifikament inqas kkwalifikat biex jagħmel ix-xogħol… mhix kull storja hija simili, però l-abbużi qegħdin jinħassu f’xenarji differenti.”

Nuqqas ta’ parametri, li qiegħed iwassal għal ċirku vizzjuż

Parti mill-problema hija n-nuqqas ta’ distinzjoni aċċettata fi ħdan l-industrija bejn attur professjonali, u dak il-persuna li qiegħed iwettaq delizzju: “It-tnejn għandhom irwol, pero dan għadu jkun ċar u distint minn xulxin; kif qegħda s-sitwazzjoni fil-preżent, persuna li jagħmel snin jistudja l-arti anke barra minn Malta, jispiċċa jiġi offrut, jew anke jiġi mhedded li jitkeċċa u jiġi sostitwit, ma’ persuna li ma jkollux l-istess kwalifiki. Konsegwenza ta’ dan, il-kwalita’ tal-produzzjonijiet jinżlu, l-apprezzament mill-pubbliku ma jibqax ta’ livell għoli, il-kundizzjonijiet offruti fil-produzzjonijiet jibqgħu mhix biżżejjed, u nibqgħu għaddejjiin f’dan iċ-ċirku vizzjuż.”

“Sfortunatament, ħaddiem f’din l-industrija jsibha diffiċli biex jiġġieled u jisfida l-kundizzjonjiet abbużivi li jiffaċċja, għaliex jaf li jekk ma jaċċettax, faċilment isibu persuna oħra li jista jaċċetta dawn il-kundizzjonijiet oxxeni għaliex ikun iddisprat. Il-ftit kundizzjonijiet li hemm, jistgħu jiġu faċilment maqbuża billi jużaw kuntratti ta’ internships (speċjalment għall-persuni mhix atturi li jkunu involuti fil-produzzjonijiet), jew inkella jitqiesu bħala kuntrattur indipendenti, u anke hawnhekk ir-regolamenti ħafna drabu mhumiex infurzabbli.” 

“Hemm bżonn ta’ union rappreżentattiva għall-ħaddiema ta’ dawn is-setturi”

F’kumment ma’ dan is-sit, uħud minn dawn il-ħaddiema li urew id-diżappunt tagħhom, esprimew ix-xewqa tagħhom li tinħoloq union li tirrapreżenta l-ħaddiema involuti f’dawn is-setturi kollha.

“Irridu li jinħalaq post sigur, fejn dawn il-persuni jkunu jistgħu jesebixxu l-esperjenza personali tagħhom f’produzzjonijiet bħal dawn, bil-għan li niġġieldu kontra l-abbuż, filwaqt li ngħinu u ngħallmu lil xulxin fuq il-poter li kull attur, membru tal-crew, żeffien jew persuna involuti, jista jkollu meta jiġi biex jinnegozja kuntratt ta’ impjieg.”

“Irridu li din l-għaqda tirrapreżenta x-xewqat u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk kollha involuti f’din l-industrija, kemm minħabba esperjenza internazzjonali, kif ukoll abbażi tat-tama li l-industrija lokali tilħaq il-livelli mistennija. It-talent f’pajjiżna qiegħed hemm: Irriduh li jiġi użat, imma mhix sfruttat.”

Huma sostnew li hemm bżonn ġlieda kontra l-perċezzjoni li l-arti hija biss delizzju: “Għal uħud minn dawn in-nies, l-art hija, u għandha tkun, l-għajxien tagħhom. U bħalma jeżistu ċertu drittijiet bażiċi mogħtija lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, hekk ukoll għandu jsir f’din l-insturija.”

“Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f’iżolament, u ngħidu li dan ma jistax iseħħ għaliex il-gżira tagħna hija żgħira, u allura m’għandniex għalfejn nħallsu b’mod xieraq lill-persuni involuti. It-teknoloġija qegħda turi kif m’għadx hemm strettament talent lokali li huwa separat, u jaħdem indipendentament minn talent barrani: Qegħdin naraw influss ta’ artisti barranin jiġu Malta għall-arti tagħhom, u fl-istess ħin viċi versa, artisti Maltin jieħdu sehem f’produzzjonijiet barranin. L-unika differenza? F’ħafna postijiet, ir-regolamenti u l-istandards bażiċi jeżistu, pero’ f’Malta s’issa għadna anqas bdejna nagħmlu l-ewwel pass.” 

Benefiċċji kapaċi jsarrfu f’qabża għal setturi ekonomiċi oħra

Il-ħolqien ta’ dawn l-istandards jistgħu iwasslu wkoll għal tisħiħ ta’ setturi oħra lokali li ġew milquta negattivament mill-panndemija. L-atturi saħqu, li jekk isir l-investiment u t-tnedija ta’ standards neċessarji f’dan is-settur, “jistgħu jkollna niċċa lokali f’setturi divertiment li jagħtu mbuttatura daqstant neċessarja għall-industrija tat-turiżmu, speċjalment fid-dawl tal-Covid-19.”

“Ir-realtà però, hjia li jekk dawn l-istandards ma jibdewx jiġu introdotti mill-iktar fis possibbli, l-industrija sejra taqa’ tant lura, kemm mil-lat ta’ produzzjonijiet nnifishom, kif ukoll mill-kundizzjonijiet offruti lil kull min huwa involut, li ż-żvilupp u s-sostenibbilita’ tal-industriji differenti fl-arti u fil-kultura ma tibqax garantita.”

Sport