Tuesday, May 14, 2024

Fl-Ingilterra: ġuvni arrestat wara li spara fuq diversi studenti waqt party qrib kampus tal-Università

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 19-il sena ġie arrestat u qed ikun mixli li spara għal fuq tfajla u persuni oħra waqt li kien qed isir party f’dar qrib il-kampus tal-Università ta’ Kentucky, fl-Ingilterra.

Kif il-pulzija waslu fuq il-post, sabu li t-tfajla kienet intlaqtet minn arma tan-nar f’saqajha. Għaxar studenti oħra ttieħdu l-isptar fejn ġew iċċertifkati li sofrew ġrieħi ħfief. Huwa mifhum li l-istudenti li sfaw midruba, kollha jattendu f’din l-Università fejn kien qed isir dan il-party.

Skont l-investigazzjonijiet, irriżulta li l-ġuvni kien taħt l-infulwenza tal-alkoħol kif ukoll instabu wkoll żewġ armi tan-nar fuq il-post. Huwa sar ukoll agressiv tant li anke beżaq f’wiċċ l-uffiċjali li kienu qed ikellmuh. 

Sadanittant il-pulizija qed tkompli tiġbor ix-xhieda sabiex jgħinu fl-investigazzjoni filwaqt li kompliet titlob l-għajnuna mill-pubbliku biex min ikollu xi informazzjoni ġdida jirraporta minnufih. 

Sport