Friday, April 19, 2024

Fl-Ingilterra: Min ikollu l-monkeypox huwa mħeġġeġ juża l-kontraċettivi

Aqra wkoll

Uffiċjali tas-saħħa fl-Ingilterra qed jappellaw lill-pubbliku sabiex dawk li jesperjenzaw is-sintomini tal-monkeypox (bħal ngħidu aħna raxx jew infafet), jagħmlu perjodu ta’ kwarantina u ma joħorġux mill-bieb ‘il barra qabel ma jingħataw l-ordni. Dan hekk kif il-każijiet tal-monkeypox fl-Ingilterra kważi rduppjaw — minn 108 qabel il-weekend għal 179.

Dawk l-individwi li jinnutaw xi feriti f’ġisimhom huma mħeġġa biex jastjenu mill-attivitajiet sesswali jew li jagħmlu kuntatt mill-viċin ma’ persuni oħra sakemm dawn il-feriti jfiqu u l-qxur tal-feriti jkunu waqgħu.

Barra minn hekk, dawk li jirriżultaw pożittivi għall-monkeypox qed jiġu mħeġġa biex jagħmlu użu mill-kontraċettivi għal perjodu ta’ tmien ġimgħat minn meta jkunu ddikjarati mfejqa mill-monkeypox.

Għalissa dawn il-linji gwida huma sempliċiment suġġerimenti ta’ prekawzjoni u mhumiex infurzati bil-liġi.

Sport