Monday, December 23, 2024

Fl-Ingilterra: Tfajla tmut bl-MDMA… sħabha damu sagħtejn biex ċemplu għall-ambulanza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 16-il sena mietet wara li ħadet l-MDMA. It-tfajla laħqet mietet minħabba li sħaba damu jaħsbuha madwar sagħtejn qabel ċemplu għall-ambulanza minħabba li beżgħu li se jiġu fl-inkwiet.

Il-familja tat-tfajla kellhom jieħdu l-aktar deċiżjoni diffiċli ta’ ħajjithom meta għażlu li jitfu l-magni ta’ binthom li kienet sofriet ħsara severa u rriversibbli fil-moħħ kawża tal-abbuż tad-droga.

Waqt l-inkjesta b’rabta mal-każ, nannuha, bid-dmugħ f’għajnejh qal li tant kien jemmen fit-talent li kellha fil-kant li għalih n-neputija kienet se tkun l-Adele li jmiss, iżda issa l-familja tagħha ħa tħoss in-nuqqas tagħha għal dejjem.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li t-tfajla minn Bearwood kienet ħadet l-imsemmija droga lura fl-2019.

Il-każ li ħasad il-ħajja tagħha jmur lura għal barbecue lura fis-6 ta’ Lulju 2020 meta t-tfajla kienet mal-għarus tagħha li llum għandu 18-il sena.

Huwa xehed kif il-vittma ħadet pillola 2C-B, iżda din ma’ kellha l-ebda effetti fuqha u b’hekk ħadet l-MDMA li affettwata wara biss żewġ minuti.

L-għarus tagħha xehed kif it-tfajla bdiet taqleb għajnejha u li qatt ma kien raha hekk. “Bdiet tirtgħod u tagħmel ħsejjes strambi… żammejtha u ppruvajt nikkalmaha… Sieħbi prova jgħinha b’risuxxitazzjoni kardjopulmonari u warajh pruvajt anke jien… pruvajt inqajjimha iżda ntbaħt li ma kienx hemm sinjali ta’ ħajja u għalhekk ċempilna l-ambulanza”, xehed l-għarus tal-vittma.

B’rabta mal-każ, żagħżugħ li ismu ma ssemmiex minħabba raġunijiet legali ġie akkużat li ssupplixxa d-droga.

Intant fid-deċiżjoni tagħha l-prosekuzzjoni nnutat li t-tfajla abbużat mid-droga bil-volonta tagħha u appellat li dan il-każ għandu jservi ta’ tbeżbiża għal dawk li qed jaħsbuha biex jesperimentaw bid-droga mingħajr ma jikkunsidraw il-konsegwenzi tal-abbuż.

Ekonomija

Sport