Wednesday, April 17, 2024

Il-każ ta’ Djokovic quddiem il-qort jittrasforma f’farsa fejn anke ttellgħu stampi pornografiċi waqt ix-xandira diretta

Aqra wkoll

Il-każ tal-qorti tat-tennista Serb, Novak Djokovic, kellu bidu farsesk bi problemi tekniċi li saħansitra dehru stampi pornografiċi waqt xandira diretta fuq il-mezzi tax-xandir u fuq il-media soċjali. 

In-numru wieħed fid-dinja, it-Tnejn se jiskopri jekk hux se jibqa’ l-Awstralja biex jilgħab fl-Australian Open l-ġimgħa d-dieħla jew jiġix deportat, wara li qabel ra l-viża tiegħu miċħuda hekk kif niżel f’Melbourne il-ġimgħa li għaddiet.

L-avukati ta’ Djokovic bdew il-proċeduri fl-10.00 am, ħin lokali nhar it-Tnejn, hekk kif ippreżentaw il-każ tagħhom lill-Imħallef Anthony Kelly għaliex il-viża tiegħu ma kellhiex tiġi miċħuda peress li kien ingħata eżenzjoni medika.

Il-membri tal-pubbliku setgħu jsegwu s-seduta tal-qorti on line permezz ta’ link iżda jidher li s-servers ma setgħux ilaħħqu man-numru ta’ nies li “daħlu” biex isegwu l-każ, tant li ġġarffu diversi drabi.

Sal-10.45 am il-pubbliku fl-aħħar seta’ jisma l-proċedimenti iżda x-xandira sparixxiet momentarjament għal darb’oħra f’nofs il-ġurnata.

Iżda meta rritornat, għall-għaġeb ta’ kulħadd, ix-xandira ġiet “maħtufa” bi stampi pornografiċi u mużika tekno qabel livestream alternattiv stabbilit mill-persunal tal-Qorti Federali ġġarraf meta l-midja tad-dinja ppruvat tidħol fuqu.

Jekk dan ma ħoloqx konfużjoni biżżejjed,  nies li setgħu jaċċessaw is-seduta poġġew links mhux awtorizzati fuq YouTube, li għamluha diffiċli biex jiġi determinat jekk il-flussi tas-seduta kinux fil-fatt diretti.

Ekonomija

Sport