Wednesday, April 24, 2024

Fl-Ingilterra: tifla ta’ ħames snin tikser rekord dinji bħala l-iżgħar awtriċi fid-dinja

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ċkejkna ta’ ħames snin fl-Ingilterra ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha u rnexxielha tidħol fil-Guinness World Record bħala l-iżgħar awtriċi fid-dinja.

Wara li rnexxielha tbigħ aktar minn 2,000 kopja, irċeviet konferma li daħlet f’dan ir-rekord. 

Sena ilu, it-tifla wriet ix-xewqa lill-familja tagħha li tikteb ktieb. Ommha u missierha ftit li xejn kienu taw kas kliemha għax ta’ tifla li hi mhux l-ewwel darba li  tħajret għal xi ħaġa u ftit sigħat wara tkun insiet kollox.

Iżda llum il-ġurnata jinsabu kburin immens bit-tifla tagħhom li rnexxielha tagħmel il-ħolma tagħha f’realtà bil-ktieb ‘The Lost Cat’. Il-ktieb jittratta dwar qattus li jiddeċiedi jmur għall-avventura waħdu. Jispiċċa biex jitgħallem lezzjoni importanti li qatt ma missu ħareġ waħdu mingħajr ommu. 

Apparti l-kitba, it-tifla ħadet ħsieb ukoll li tpenġi l-istampi tal-ktieb. Hija tirringrazzja lil kull min xtara l-ewwel ktieb tagħha u tgħid li beħsiebha tkompli tikteb aktar kotba fil-futur qarib. 

Sport