Tuesday, December 24, 2024

Fl-Iskozja: Tifla tpoġġiet f’microwave biex tinqatel minn ċirku sataniku  

Aqra wkoll

F’każ makabru li seħħ fi Glasgow, l-Iskozja wassal biex ħdax-il persuna ġew akkużati li huma parti minn ċirku ta’ sess tat-tfal li allegatament jinvolvi riti sataniċi, seħer, abbuż ta’ tfal u qtil ta’ annimali.

Sebat irġiel u erba’ nisa qed jaffaċċjaw akkuża ta’ 14-il paġna li telenka 43 akkuża differenti waqt seduta fil-Qorti Għolja fi Glasgow li saret aktar kmieni din il-ġimgħa. L-akkużi jinvolvu żewġ bniet u tifel li allegatament ġew abbużati severament f’diversi lokalitajiet fil-belt ta’ Glasgow bejn Jannar 2010 u Marzu 2020. Saħansitra ingħad li waħda mill-bniet ġiet imdaħħla u maqfula f’microwave f’tentattiv li joqtluha.

Fil-qorti ngħad li t-tliet itfal ġew stuprati f’ħinijiet differenti fil-preżenza ta’ membri taċ-ċirku sataniku li bdew jgħajtu u jċapċpu u jinkoraġġixxu verbalment dak li kien qed iseħħ.

Il-prosekuturi f’dan il-każ sostnew li t-tifel u waħda mit-tfajliet kienu mġegħlin jieħdu sehem f’riti sataniċi bl-użu tal-Ouija board biex isejħu l-ispirti u d-demonji. F’dan ir-rit makabru nqatlu numru ta’ klieb bil-ħsieb li dan iwassal lit-tfal jattakkaw u jobogħdu lill-annimali.

Fost akkużi oħra li l-11-il persuna huma mixlijin bihom hemm li dendlu waħda mill-bniet mill-jumper tagħha ma’ musmar mal-ħajt u ġegħluha  taġixxi ta’ kelb u tiekol ikel tal-annimali.

Wieħed mill-irġiel waħdu qed jaffaċċja akkuża li wera stampi indiċenti u li stupra lit-tifla l-kbira miż-żewġt ibniet filwaqt li l-11 kollha qed jiġu akkużati li abbużaw ukoll mit-tifel.

Ekonomija

Sport