Wednesday, April 17, 2024

Ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tal-11:15 a.m. seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.

Kelliem għall-pulizija indika ma’ dan is-sit li ssejħet ambulanza fuq il-post iżda għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident tat-traffiku. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ekonomija

Sport