Pass importanti għall-gżejjer Ewropej – proposta tas-Sindku ta’ San Lawrenz approvata mill-Kummissjoni COTER

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ San Lawrenz, Noel Formosa, ħabbar li l-Kummissjoni COTER tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni approvat abbozz ta’ opinjoni li ħejja b’kollaborazzjoni ma’ rappreżentanti tal-gżejjer Ewropej, dwar il-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea ddedikata għall-gżejjer.

Din l-opinjoni titlob soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi li jaffaċċjaw il-gżejjer, fosthom ir-rikonoxximent tal-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-insularità, konnettività aħjar, fondi adegwati u li l-liġijiet Ewropej iqisu r-realtajiet partikolari tal-gżejjer.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Formosa ppreżenta wkoll il-viżjoni tiegħu waqt il-forum annwali ta’ INSULEUR f’Gran Canaria, fejn saru diskussjonijiet dwar il-futur tal-gżejjer fl-Unjoni Ewropea.

Formosa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-pass, filwaqt li saħaq li l-opinjoni nbniet flimkien mar-rappreżentanti tal-gżejjer u mhux minn persuna waħda biss.

Il-pass li jmiss huwa d-diskussjoni fil-plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi Frar 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport