Aktar minn 8,000 vettura mwaqqfa mill-Pulizija f’Ottubru – jinħarġu 575 taħrika u 55 akkuża

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Pulizija wettqet madwar 380 kontroll tat-traffiku madwar Malta u Għawdex, li matulhom twaqqfu 8,135 vettura.

Minn dawn il-kontrolli nħarġu 575 taħrika u 55 akkuża, filwaqt li saru 26 test fuq sewwieqa suspettati li kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga.

Erba’ persuni rriżultaw pożittivi għall-alkoħol, filwaqt li persuna oħra rriżultat pożittiva għad-droga.

Il-Pulizija appellat lis-sewwieqa biex josservaw ir-regolamenti tat-traffiku u jsuqu b’responsabbiltà, filwaqt li fakkret fl-importanza tal-prevenzjoni tal-inċidenti tat-traffiku u l-ħarsien tal-ħajja ta’ kull min juża t-toroq.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport