Wednesday, April 24, 2024

Blackball: Seba’ plejers se jiffurmaw it-tim nazzjonali għall-kampjonati tad-dinja

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Blackball Clevion Micallef għandu f’idejh l-iskwadra uffiċjali li se tipparteċipa fil-kampjonati dinjija tal-Blackball il se jsiru fil-belt Franċiża ta’ Toulouse bejn it-8 u l-15 ta’ Ottubru li ġej.

Se jkun hemm total ta’ 21 nazzjon li se jipparteċipaw f’dan it-turnament prestiġġjuż u fih se jkun hemm l-aqwa plejers tal-blackball mondjali.

Micallef se jkollu seba’ plejers li spiċċaw fl-ewwel postijiet tar-ranking tournaments u dawn huma Johan Attard, Owen Amato, Clint Grima, Leon Azzopardi, Mevrick Zammit, Ryan Pisani u Dejan Grech.

Lydan Debono u Clint Azzopardi huma ċ-champions kurrenti tal-World Doubles Championships, unur li rebħu fit-2018 ġewwa Bridlington.

Fost il-kategoriji, hemm dawk singles tal-irġiel u tan-nisa, doubles, team events u wheelchair.

Interessanti l-fatt li l-eta’ medja ta’ dawn il-plejers hi ta’ 29 sena bl-assoċjazzjoni Maltija tal-Blackball li tinsab ferm fiduċjuża għall-futur pożittiv f’dan l-isport.

Sport