Tuesday, December 24, 2024

Fl-Istati Uniti: “Il-prospett li tifel ta’ sitt snin jista’ jgħaddi ġuri huwa problematiku”

Mhux mistenni jitressqu akkużi kontra t-tifel ta’ sitt snin li spara fuq l-għalliema tiegħu

Aqra wkoll

Tifel ta’ sitt snin li spara fuq l-għalliema tiegħu fi skola primarja fl-istat Amerikan ta’ Virginia wisq probabbli mhux se jkun akkużat b’rabta ma’ dan il-każ. Iżda l-awtoritajiet fil-belt ta’ Newport News għad iridu jiddeċiedu jekk xi adult hux se jkun qiegħed jaffaċċja akkużi kriminali dwar l-istess każ.

Il-Pulizija qalet li t-tifel kien qed iġorr il-pistola fil-basket tiegħu. Il-każ seħħ f’Jannar li għadda meta Abigail Zwerner, għalliema ta’ 25 sena, kienet milquta b’tiri sparati f’idejha u f’sidirha, iżda b’xorti tajba baqgħet ħajja.

Nhar l-Erbgħa li għadda, l-Avukat tal-Commonwealth ta’ Newport News Howard Gwynn qal lil NBC News li l-uffiċċju tiegħu mhux se jkun qed iressaq akkużi fil-konfront tat-tifel. Qal li l-“prospett li tifel ta’ sitt snin jista’ jgħaddi ġuri huwa problematiku” għax it-tifel huwa żgħir wisq biex jifhem is-sistema legali.

“L-għan tagħna mhuwiex biss li nagħmlu xi ħaġa malajr kemm jista’ jkun,” qal Dr Gwynn. “Ladarba nanalizzaw il-fatti kollha se nressqu kwalunkwe persuna jew persuni li nemmnu li nistgħu nippruvaw lil hinn minn kull dubju raġjonevoli li wettqu reat.”

Ekonomija

Sport