Monday, May 6, 2024

“Xħin rajt lil Faith dieħla b’dan il-bukkett, qalbi faret bil-ferħ”

Graziella Bartolo Pizzuto, omm ta' tifla bid-Down's Syndrome

Aqra wkoll

Kull ġenitur jieħu gost meta jirċievi rigal mingħand uliedu bħala ġest ta’ apprezzament, aktar u aktar meta dan ir-rigal ikun magħmul mingħandhom stess.

Il-mument ikompli jsir iżjed speċjali meta ġenitur li jkollu wild b’kundizzjoni bħad-Down’s Syndrome u l-Awtiżmu, fost oħrajn, joħroġ b’xi ħaġa bħal din. Dan mhux għax tfal b’dawn il-kundizzjonijiet għandhom xi ħaġa inqas minn ħaddieħor. Għall-kuntrarju, għaliex minkejja ċertu sfidi li preżentatilhom il-ħajja, dejjem ikunu lesti li jaħsbu f’ħaddieħor u tispikka l-imħabba pura tagħhom – ġest li kultant ħafna minna jinsew.

F’kitba li qasmet Graziella Bartolo Pizzuto għal Jum il-Mara, omm ta’ tifla bid-Down’s Syndrome li tmexxi paġna fuq Facebook bl-isem “Up & Up with Faith”, hija rrakkuntat mument ħelu li għaddiet minnu lbieraħ bis-saħħa ta’ sorpriża li ħejjitilha bintha: “Ma stennejt assolutament xejn għax għalija hija pjuttost ġurnata bħall-oħrajn (Jum il-Mara) … xħin rajt lil Faith dieħla b’dan il-bukkett li għamlet l-iskola, qalbi faret bil-ferħ! … il-mumenti ż-żgħar, l-iċken oġġett; l-isbaħ u l-ikbar,” saħqet Graziella Bartolo Pizzuto.

Sport