Thursday, March 28, 2024

Fl-Istati Uniti: Twelled f’banju u titfa’ lit-tarbija mit-tielet sular għal isfel

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Każ li qed jinvestigaw fl-Istati Uniti jikkonċerna omm  ta’ 23 sena li allegatament welldet f’banju u mbagħad wara tefgħet it-tarbija mit-tielet sular għal isfel.

L-omm Sabita Dookram, ġiet arrestata minnufih u ttellgħet il-Qorti akkużata b’attentat ta’ qtil. It-tarbija baqgħet ħajja imma kienet f’kundizzjoni kritika. Kienet il-ġara tagħha li meta ħarġet biex toħroġ l-iskart semgħet il-krib u rat it-tarbija mal-art.  “Mort nagħlaq il-grada u smajt il-biki”, qalet il-ġara lill-ġurnalisti. 

Il-ġara waqt li bdiet tibki qalet li “it-tarbija ma kellhiet kutri jew xi ilbies ieħor. Hi ta’ qsim il-qalb taraha hekk”.  Sa issa mhux magħruf kemm kien għadda ħin mindu twieldet it-tarbija u l-ħin li ommha abbandunata. 

Ekonomija

Sport