Wednesday, December 25, 2024

Fl-Italja: Ġuvni ta’ 15-il sena jmut wara li mar jiekol sushi ma’ sħabu

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat midja Taljana rrappurtat l-istorja ta’ ġuvni ta’ 15-il sena li miet wara li mar jiekol is-sushi.

Luca Piscopo ta’ 15-il sena miet f’Napli wara li fit-23 ta’ Novembru mar iqatta’ ftit ħin ma’ sħabu ġewwa ristorant f’Vomero għal lejla “all you can eat”, li fisser li għal €16 setgħu jieklu s-sushi mingħajr ebda limitu.

Jidher li minn dik il-lejla stess, il-ġuvni beda juri sintomi tipiċi ta’ avvelenament mill-ikel u għalhekk mar għand tabib li tah xi antibijotiċi. Iżda sfortunatament dan ma kienx biżżejjed hekk kif huwa miet fit-2 ta’ Diċembru wara li, fost l-oħrajn, għal disat ijiem kellu ħafna.

Fl-aħħar sigħat, b’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta u qed jiġu mitkellma żewġ persuni – sid ir-ristorant li jispeċjalizza fl-ikel Ġappuniż u t-tabib inkwistjoni.

Ekonomija

Sport