Wednesday, April 24, 2024

Liverpool interessati li jiffirmaw lil Lautaro Martinez

Aqra wkoll

Liverpool huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ċentrali ta’ Inter, Lautaro Martinez.

L-internazzjonali Arġentin reġa’ kien f’forma impressjonanti għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 10 goals u pprovda żewġ assists fi 15-il dehra tas-Serie A.

Martinez ffirma kuntratt ġdid fit-tul f’San Siro f’Ottubru, bil-ftehim tiegħu se jibqa’ għaddej sa Ġunju 2026, iżda dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.

Arsenal għadhom maħsuba li huma interessati fil-player ta’ 24 sena, u Liverpool jinsabu wkoll fit-taqtiegħa għall-firma tal-player mill-Amerika t’Isfel.

Ir-Reds mistennija jkunu fis-suq għal attakkant ġdid fis-sajf li ġej iżda mhux maħsub li jkunu fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund.

Martinez skorja 59 goal u rreġistra 22 assist f’153 dehra għal Inter minn meta ngħaqad maċ-champions renjanti Taljani mingħand Racing Club f’Lulju 2018.

Sport