Wednesday, March 27, 2024

Il-PL jgħid jibqa’ l-unika garanzija f’pajjiżna ta’ aktar riformi u ġustizzja

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista nnota l-eżitu tal-vot fil-Parlament li ttieħed ilbieraħ dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

Fi stqarrija, il-PL qal li permezz ta’ dan il-qafas legali ġdid, li tfassal wara konsultazzjoni pubblika estensiva u li għaliha l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech għażlet li ma tipparteċipax, ġew stabbiliti regoli ġodda dwar pussess, konsum u kultivar ta’ kannabis għall-użu personali b’mod responsabbli, kif ukoll tipprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità ġdida biex tirregola l-ħidma tal-assoċjazzjonijiet non-profit li se jitwaqqfu f’dan is-settur. 

Il-PL qal li b’hekk filwaqt li l-Gvern ħa pożizzjoni ta’ harm reduction biex jitnaqqas id-dannu, assigura li din ir-riforma tattakka wkoll iċ-ċrieki tat-traffikar tal-kannabis, il-black market u l-ħsara li tiġi minn kwalità inferjuri u l-kriminalità assoċjata. 

Għal darb’oħra l-Partit Laburista qal li rrijafferma ruħu bħala l-Partit fil-Gvern li b’responsabilità jilleġisla riformi li s-soċjetà tkun qed tokrob għalihom. Żied jgħid li aktar minn hekk, din ir-riforma se sservi ta’ ġustizzja ma’ dawk li jagħmlu użu personali tal-kannabis. 

Il-PL temm jgħid li l-bidla ma ġġibhiex billi twaħħal il-billboards jew tikteb l-istatuses imma billi twettaq b’kuraġġ riformi bżonnjuzi u b’saħħithom.

Ekonomija

Sport