Thursday, April 18, 2024

Fl-Italja: Ried jiekol ġelat akkost ta’ kollox… joħroġ arma tan-nar meta mistoqsi għaċ-ċertifikat tal-vaċċin

Aqra wkoll

F’Casoria ġewwa l-Italja, Naplitan ta’ 88 sena ried jiekol ġelat akkost ta’ kollox, iżda ma kellux iċ-ċertifikat tal-vaċċin li huwa obbligatorju biex jidħol fir-ristorant.

Kien għalhekk li l-uffiċjal tas-sigurtà qallu biex jitlaq iżda n-Naplitan ma riedx imur id-dar mingħajr ma jieħu l-ġelat u, meta mistoqsi biex jippreżenta dan iċ-ċertifikat, l-anzjan ħareġ arma tan-nar u pponta din l-arma lejn l-uffiċjal.

L-uffiċjal tas-sigurtà baqa’ kalm u wara ftit minuti ta’ ftit tensjoni, l-anzjan niżżel l-arma u telaq.

F’dak l-punt intervjeniet il-Pulizija u wara li semgħu lil xi xhieda preżenti fuq il-post, bdew ifittxu lil dan l-anzjan u marru jsibuh ġewwa d-dar tiegħu ladarba ġie identifikat.

Hawnhekk l-anzjan reġa’ beda juri ċertu reżistenza u beda jirrifjuta li jiftaħ il-bieb tad-dar u għalhekk kellhom saħansitra jintervjenu l-pumpiera.

Ladarba rnexxielhom jidħlu fid-dar, il-Pulzija sabu l-arma tan-nar u arrestaw lill-anzjan.

Ekonomija

Sport