Tuesday, February 11, 2025

Fl-Italja tingħata l-aħħar tislima Elena – tfajla ta’ 18-il sena li kienet marida b’marda rari

Aqra wkoll

Matul il-ġurnat tal-bieraħ, mijiet ta’ persuni attendew għall-funeral ta’ Elena, li mietet nhar il-Ħadd li għadda. Elena hija tfajla ta’ 18-il sena, iżda minħabba marda rari li kellha isimha baqa’ ta’ tifla.

It-tfajla kellha l-kundizzjoni magħrufa bħala NUBPL, kundizzjoni tant rari li fid-dinja kien hawn 20 biha.

Din il-kundizzjoni żżomm lill-ġisem tal-persuna milli jiżviluppa u kawża ta’ dan bil-mod il-mod ġisimha jibda jmut.

Ommha Andreea Porcilescu qalet li Elena mietet kuntenta fl-Isptar ta’ Gaslini fejn kienet qiegħda tingħata l-kura fl-aħħar ġimgħat.

Qalet li l-aħħar jiem kienu diffiċli ħafna kemm għal binthom li kienet konxja li qiegħda tmut u anke għalihom il-ġenituri li ma setgħu jagħmlu xejn aktar biex itawlu ħajjet binthom u jgawduha aktar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport