Tuesday, December 24, 2024

Fl-Iżrael: Tewmin jaraw lil xulxin għall-ewwel darba wara li ssirilhom operazzjoni rari

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tewmin li kienu magħqudin minn wara ta’ rashom raw lil xulxin għall-ewwel darba wara li saritilhom operazzjoni rari ġewwa l-Iżrael.

L-operazzjoni damet 12-il siegħa u saret il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Ċentru Mediku fil-belt ta’ Beersheba. Għal din l-operazzjoni kien hemm bżonn xhur ta’ preparazzjoni u kienu involuti għadd ta’ esperti kemm mill-Iżrael kif ukoll minn barra.

Eldad Silberstein, il-Kap tad-dipartiment tal-kirurġija plastika ta’ Soroka, qal li t-tewmin qed jieħdu nifs u jieklu waħedhom.

Din hija l-ewwel darba li operazzjoni simili saret ġewwa l-Iżrael, filwaqt li saret 20 darba biss mad-dinja kollha.

Rapporti qalu li l-bniet, li twieldu f’Awwissu 2020, huma mistennija li jgħixu ħajja kompletament normali.

Ekonomija

Sport