Matul il-lejl li għadda, ġiet sparata minn fuq jott flare fil-viċinanzi tar-Ramla l-Ħamra. Huwa mifhum li din għal ftit ma’ laqtitx il-bejtiet tal-frieken li hemm fl-istess bajja u l-voluntiera li kienu għassa
Dan qalitu n-Nature Trust Malta mit-Taqsima t’Għawdex fi stqarrija. In-Nature Trust qalet li l-istess flare għal ftit ma laqtitx lill-voluntiera. Ġie spjegat li l-flare spiċċat f’sand dunes li huma protetti.
Minkejja li b’xorti tajba ħadd ma ntlaqat lanqas il-fkieren huwa mifhum li din qabdet fir-ramel u konsegwenza t’hekk għamlet il-ħsara. L-inċident ġie rrappurtat lill-Pulizija.