Wednesday, May 1, 2024

F’lejl wieħed biss kważi tripla n-numru ta’ persuni trasferiti fuq bastimenti barra mill-kosta Maltija

Aqra wkoll

Matul il-lejl li ghadda Malta kkordinat is-salvatagg ta’ żewg dgħajjes, b’total ta’ 123 immigrant abbord, li kienu f’diffikultà fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ pajjiżna

Bil-pożizzjoni ta’ Malta u tal-Italja tibqa’ soda li l-portijiet tagħhom huma magħluqa, dan is-salvataġġ ifisser li iktar u iktar immigranti se jkunu fuq bastimenti barra l-ibħra territorjali ta’ Malta u tal-Italja

Fl-ewwel każ, il-Forzi Armati ta’ Malta permezz tal-ekwipaġġ tal-P52, salvaw 45 persuna – 39 raġel, tliet nisa; fosthom waħda tqila u tlett itfal fosthom ta’ 18-il xahar u ta’ sentejn

Fit-tieni każ, Malta kkordinat permezz ta’ lanċa tas-sajd privata s-salvataġġ ta’ 78 immigrant – 68 raġel, 5 nisa fosthom waħda tqila u ħamest itfal.

Fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ każijiet, il-Gvern Malti kellu jitlob bastiment ieħor privat biex joħrog 13-il mil nawtiku barra mill-kosta Maltija u fuqu jiġu trasferiti 105 immigranti  Dawn se jingħataw il-bżonnijiet bażiċi bħal ikel, xorb u mediċini.

Il-Gvern se jagħmel eċċezzjoni waħda li jdaħħal f’Malta lit-trabi u lit-tfal, akkumpanjati minn ġenitur, kif ukoll lin-nisa tqal li hemm abbord – total ta’ 18-il persuna. Dawn il-persuni se jitpoġġew fi kwarantina fl-initial reception centre.

Din is-sitwazzjoni tfisser li f’lejl wieħed biss tripla n-numru ta’ persuni fuq bastimenti barra mill-kosta Maltija jistennew għal soluzjoni Ewropea. Hemm 57 immigrant fuq il-bastiment Europa II u issa se jkun hemm 105 immigrant ieħor fuq bastiment ieħor tal-Captain Morgan. Flimkien ma’ 79 immigrant fuq il-bastiment Marina barra l-kosta ta’ Lampedusa.

L-unika għajnuna ta’ rilokazzjoni li rċeviet Malta sa issa hija wiegħda mill-Portugall li lesta taċċetta sitt immigranti.

Sport