Floriana …….…2
Marsaxlokk …..1
Minn Cristian Muscat
Floriana dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1 u taw skoss qawwi lix-Xklukkajri fl-isfida tagħhom li jtemmu fl-ewwel żewġ postijiet.
Qabel il-partita ġiet osservata minuta silenzju għall- memorja tal-eks player leġġendarju ta’ Floriana, Willie Vassallo, li miet fi tmiem il-ġimgħa li għadda fl-Awstralja, fl-etá ta’ 75 sena.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta Jake Grech kellu x-xutt fil-baxx salvat mill-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona.
Żewġ minuti wara, il-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi, salva d-daqqa ta’ ras ta’ Jorge Ailton Soares.
Fit-30 minuta, il-Greens fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Sasere mill-viċin ma laqatx sew il-ballun, b’Lucas Emanuel Lopez isalva l-ballun minn fuq il-linja.
U sekondi biss wara, f’botta u risposta fl-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-ground, Alex de Aguilar Gomes kellu x-xutt imdawwar f’corner minn Mafoumbi.
Fit-33 minuta, Floriana reġgħu heddew meta Sasere kellu x-xutt tiegħu minn qagħda ideali jintemm barra.
U minuta biss wara, Floriana appellaw għal penalty għal hands fil-kaxxa iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej.
Fl-54 minuta, kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu meta Jake Grech kellu xutt minn tarf il-kaxxa salvat minn Calleja Cremona.
U mill-azzjoni li segwiet Marsaxlokk fetħu l-iskor meta NIKOLAI MUSCAT approfitta minn indeċiżjoni ta’ Alexandos Kouro, avvanza u mill-viċin tefa’ ġewwa.
Iżda fil-61 minuta, Floriana kisbu d-draw meta ngħataw penalty meta Ryan Scicluna waqqa’ lil José Gomes fil-kaxxa, biex mill-11-il metru FRANKLIN SASERE xeħet lil Calleja Cremona fuq in-naħa l-ħażina.
U fl-84 minuta, il-Greens skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ corner, OUALID EL HASNI kien pront xeħet fix-xibka.
FLORIANA: 45-Christoffer Henri Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 12-Dunstan Vella (11-Zachary Scerri 87), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia (14-Jork Eblin Becerra 76), 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 76), 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 94-Jose Fernando Junior Gomes (9-Elvis Mashike Sukisa 87) – Coach: Darren Abdilla
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Karl Micallef (24-Enmy Manuel Pena Beltre 88), 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corbalan, 17-Jorge Ailton Soares (11-Duane Bonnici 72), 19-Jose Ulises Arias, 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna (20-Martin Adamec 66) – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Ishmael Barbara
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: N. Muscat 57 (M); F. Sasere 62 pen, O. El Hasni 86 (F)
AMMONITI: F. Sasere (F), R. Scicluna (M)