Tuesday, September 22, 2026
Home Sport Max Lanzon iġedded il-kuntratt attwali tiegħu ma’ Neptunes WPSC sal-2031

Max Lanzon iġedded il-kuntratt attwali tiegħu ma’ Neptunes WPSC sal-2031

0
55

Neptunes WPSC ħabbru li Max Lanzon ġedded il-kuntratt attwali tiegħu mal-klabb sal-2031.

Bħala player li tela’ mill-gradi tal-akkademja ta’ Neptunes stess, Max għadda mill-kategoriji ta’ etajiet differenti ta’ Neptunes qabel kiseb postu fit-tim tal-kbar – u b’hekk ikompli l-vjaġġ tiegħu mar-Reds fl-ogħla livell.

Fi stqarrija Neptunes qalu li jinsabu kburin jaraw player ieħor imrobbi fil-klabb jimpenja l-futur tiegħu mal-klabb, u qed jistennew bil-ħerqa li jaraw lil Max ikompli jiżviluppa, jikseb suċċessi u jikkontribwixxi lit-tim fl-istaġuni li ġejjin.

Dan filwaqt li awguraw ħafna aktar snin, tragwardi u suċċessi flimkien.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here