Il-ko-proprjetarju ta’ Manchester United, Sir Jim Ratcliffe, ikkritika b’mod qawwi s-sitwazzjoni fil-Gran Brittanja, u qal li l-pajjiż jinsab “fuq niżla” minħabba l-immigrazzjoni, in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali u t-taxxi għoljin.
Il-biljunarju ta’ 73 sena, li huwa l-fundatur tal-kumpanija Ineos, sostna li l-politiċi m’għandhomx biżżejjed determinazzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.
Waqt intervista, Ratcliffe qal li l-Gran Brittanja kienet darba “pajjiż fantastiku”, iżda akkuża lil gvernijiet attwali li naqsu milli jieħdu d-deċiżjonijiet diffiċli meħtieġa. Huwa, li appoġġja l-Brexit, diġà kien ikkritikat għall-kummenti tiegħu dwar l-immigrazzjoni u l-benefiċċji soċjali, u kien skuża ruħu wara li uża l-kelma “kolonizzata” biex jiddeskrivi s-sitwazzjoni.
Ratcliffe kkritika wkoll il-politika tal-enerġija Brittanika u sejjaħ id-deċiżjoni li ma jkunx hemm aktar tħaffir għaż-żejt fil-Baħar tat-Tramuntana bħala “ġenn”. Huwa wissa li kesħa qawwija fix-xitwa tista’ tikkawża nuqqas ta’ gass u problemi għall-industrija.
Il-Gvern Brittaniku ċaħad it-twissija, u sostna li l-pajjiż għandu provvista tal-enerġija sigura u diversifikata.
Għall-kummenti tiegħu, Ratcliffe ġie mitlub biex jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu fil-club ta’ Manchester United




