Sunday, December 22, 2024

Floriana jibdew proċeduri dixxiplinari fuq player dwar allegata imġiba inaċċettabbli

Aqra wkoll

Il-club ta’ Floriana għadu kif ħareġ stqarrija fuq deċiżjoni unanima tal-amministrazzjoni li beda proċeduri dixxiplinari fir-rigward ta’ wieħed mill-players tiegħu.

Wara li rċevew rapporti li jindikaw allegata imġiba mhux aċċettabbli, il-każ ġie riferut lill-bord dixxiplinarju indipendenti, imwaqqaf skond l-Istatut tal-club u skond ir-regoli u r-regolamenti tal-MFA, u dan biex ikun offrut smiegħ ġust li jkun jinkludi s-smiegħ tax-xhieda u l-għoti ta’ deċiżjoni minn bord indipendenti u imparzjali.

Il-club beda wkoll il-proċess biex jitressaq ilment fi ħdan l-istrutturi rilevanti tal-Malta Football Association.

Sakemm joħroġ ir-riżultat uffiċjali ta’ din l-investigazzjoni, il-player mhux se jkun ikkunsidrat għall-ebda forma ta’ għażla fl-iskwadra preżenti u l-club mhux se jikkummenta aktar biex ma jippreġudikax il-proċess li għaddej.

Ekonomija

Sport