Monday, November 11, 2024

Floriana jibqgħu għaddejjin bis-sensiela pożittiva

Aqra wkoll

Balzan ……..0

Floriana …..3

Floriana komplew jikkonvinċu u għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu fit-tieni taqsima … biex minn erba’ partiti huma għandhom punti massimi mingħajr ma sofrew l-ebda goal.

L-ewwel azzjoni peri­ko­luża waslet fil-11-il minuta min-naħa ta’ Floriana meta  Matias Garcia xeħet lejn Ke­mar Reid iżda t-tenattiv tiegħu ħabat mal-mimduda.

Balzan wieġbu fit-28 mi­nuta, meta wara li rċieva minn cross ta’ Paul Fenech, ix-xutt mill-ewwel ta’ Leo­nardo intemm għoli.

Fit-63 minuta, Floriana fetħu l-iskor meta Adam Magri Overend  indirizza cross mil-lemin fejn kien  hemm KEMAR REID u b’daqqa ta’ ras preċiża għe­leb lill-goalkeeper, Danilo Go­lo­vic.

Fis-70 minuta, Balzan resqu viċin iżda l-konklużjoni ta’ Andre Prates falliet il-mira.

Seba minuti wara, Floriana rduppjaw meta Matheus Souza twaqqa’ minn Momcilo Raso fil-kaxxa … u mill-11-il metru, JOSE ULISES ARIAS ma żbaljax.

Fil-85 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa meta Kemar Reid daħal fil-kaxxa u għadda l-ballun lejn is-sostitut MATTIA VESELJI, li kien ilu biss tliet minuti fil-ground, u tefa’ l-ballun fix-xibka.

U biex l-affarjiet ikom­plu sejrin ħażin għal Balzan, fit-88 minuta, huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Andre Prates permezz ta’ karta ħamra diretta, wara li waqqa’ li Dunstan Vella eżattament barra l-kaxxa.

Mill-free-kick li rriżulta mogħti minn Carlo Zammit Lonardelli, difensur ta’ Balzan mess il-ballun b’idu fil-kaxxa,  biex ingħataw pe­n­alty li minnu x-xutt ta’ Kemar Reid ġie nnewtralizzat minn Golovic li żamm ir-riżultat aktar rispettabbli għal Balzanin.

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech (9-Maryluak Aguek 81), 10-Jake Grech (14-Dimeji Awusanja 64), 18-Ryohei Michibuchi (7-Triston Caruana 64), 21-Aleksandar Katanic (80-Peter Olawale 54), 27-Momcilo Raso, 42-Leonardo, 77-Aleksa Andrejic (Marcus Grima 81) – Coach: Oliver Spi­teri

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (22-Kyrian Nwoko 81), 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (7-Mattia Veselji 81), 12-Dunstan Vella (19-Luca Accarino 91), 20-Matias Nicolas Garcia (24-Lorenzo De Grazia 86), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouros  – Coach: Mauro Camoranesi

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: K. Reid 63, J. Uli­ses Arias 77, M. Veselji 84 (F)

AMMONITI: I. Bozovic, S. Arab, P. Fenech (B), M. N. Garcia, A. Kouro (F)

Sport