Monday, September 14, 2026
Home Sport San Ġiljan ASC iħabbru l-akkwist ta’ Milos Vukicevic

San Ġiljan ASC iħabbru l-akkwist ta’ Milos Vukicevic

0
45

San Ġiljan ASC ħabbru l-akkwist ta’ Milos Vukicevic, li qed jingħaqad mal-iskwadra ewlenija tas-saints għall-istaġun tax-xitwa tal-2026 u għall-kampanja li jmiss fil-European Aquatics Challenger Cup.

Bħala ‘centre’ b’saħħtu u xellugi, Miloš iġib miegħu esperjenza internazzjonali vasta, hekk kif matul il-karriera tiegħu kkompeta fuq livell professjonali fis-Serbja, il-Greċja, is-Slovenja, l-Ungerija, Franza, l-Italja, l-Awstralja, Malta u l-Ġeorġja.

Il-karriera tiegħu tinkludi suċċessi kemm fuq livell domestiku kif ukoll dak Ewropew; fost l-unuri tiegħu nsibu l-Kampjonati tas-Serbja u tas-Slovenja, is-Super Cup Ewropea, parteċipazzjoni fil-Final Four taċ-Champions League, kif ukoll diversi unuri individwali bħala l-aqwa skorer. Huwa rebaħ ukoll it-titlu ta’ Champion Ewropew tal-Juniors darbtejn mat-timijiet tas-Serbja u l-Montenegro u s-Serbja.

Milos, magħruf ukoll bħala ‘Yogi’, dan l-aħħar lagħab ma’ A-POLI Tbilisi fil-Georgia matul l-istaġun 2025/26, fejn rebaħ il-kampjonat nazzjonali Ġorġjan, b’medja ta’ 3.4 gowls kull logħba fil-kompetizzjoni domestika filwaqt li pparteċipa wkoll f’kompetizzjonijiet Ewropej. Qabel dan, huwa qatta’ sitt staġuni ma’ Red Star Belgrade, li tlieta minnhom serva bħala l-kaptan tat-tim.

L-esperjenza, il-preżenza fiżika u l-abbiltà ppruvata tiegħu bħala ‘centre’ se jkomplu jsaħħu l-iskwadra ta’ San Ġiljan hekk kif huma qed jippreparaw għall-impenji domestiċi u għal sfida oħra fix-xena Ewropea.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here