Como komplew bil-mixja pożittiva tagħhom u, minkejja li coach, Cesc Fabregas, għamel rotazzjoni kbira fit-team, kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Parma biex telgħu momentarjament fit-tieni post tal-klassifika, b’punti daqs Lazio u żewġ punti biss taħt il-leaders Roma, waqt li qed jistennew ir-riżultat ta’ Inter.
Wara r-rebħa spettakolari kontra Leipzig fiċ-Champions League, it-team immexxi minn Fabregas kellu jiffaċċja difiża soda ta’ Parma. Como fetħu l-iskor permezz ta’ Nico Paz, li x-xutt tiegħu ġie devjat minn Jacopo Ramon (23) u spiċċa fix-xibka.
Fit-tieni taqsima, Parma ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda Como baqgħu fil-kontroll tal-logħba.
Wara li David Romero laqat il-lasta għal Parma, Kaiki (83) rdoppja l-vantaġġ wara żewġ saves ta’ Corvi fuq Douvikas.
Peró, Parma naqqsu d-distakk lejn it-tmiem permezz ta’ Romero (92), iżda Como żammew ir-rebħa u taw bidu pożittiv lil Robert Sanchez bejn il-lasti minflok Jean Butez.




