Sunday, April 19, 2026

Floriana jirbħu l-Closing Round b’rebħa fuq ir-rivali Valletta

Aqra wkoll

FLORIANA …………..2

VALLETTA ………..…0

Floriana rebħu l-Closing Round wara li għelbu lil Valletta b’mod drammatiku bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fil-ħin miżjud.

Għaldaqstant, jekk Hamrun Spartans jispiċċaw fit-tieni post, tintlagħab il-partita deċiżiva (finali) kontra Floriana.

Iżda jekk min-naħa l-oħ­ra, l-Ispartans jonqsu milli jagħmlu dan, jintlagħbu żewġ semi-finali li jkunu jinkludu lil Marsaxlokk u lil Valletta.  

L-ewwel attakk wasal minn Valletta meta fis-17-il minuta, minn azzjoni ta’ free-kick, il-goalkeeper Cio­letti salva xutt ta’ Yuri De Jesus Messias.

Fit-32 minuta, Perreira Mendonca ta’ Floriana kellu x-xutt tiegħu mid-distanza li ntemm barra.

Fit-42 minuta, Floriana kienu perikolużi permezz ta’ Carlo Zammit Lonardelli iżda Aguero dos Santos salva tajjeb.

Fid-69 minuta, Jake Azzopardi ta’ Valletta falla l-mira b’xutt minn barra l-kaxxa. Valletta reġgħu kienu pe­rikolużi fit-83 minuta b’tentattiv ta’  Mattias Ellul li mill-viċin kellu x-xutt tiegħu imdawwar f’corner minn Cio­letti.

Fit-93 minuta Floriana  marru fuq meta fetħu l-iskor minn azzjoni li bdiet minn corner mix-xellug, bil-ballun jiġi kklerjat qasir u wasal f’sa­qajn CHARLES M’MOMBWA li venven xutt minn pożizzjoni angolata u spiċċa fix-xibka

L-azzjoni kienet ivverifikata permezz tal-Football Video Support fuq suspett li seta’ kien hemm azzjoni rregolari iżda r-referee Alex Johnson ikkonferma li kollox kien regolari.

Fis-97 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa wara ġirja ta’ Bah li xxuttja, Aguero dos Santos salva parzjalment bil-ballun  jintemm għand KENAN DERVISAGIC li tefa’ ġewwa f’lasta vojta.

Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Fedrico Varela, Dunstan Vella (Zachary Scerri 84),Alen Kurtalic, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli (Mabea Kouya Aristide 66), Charles M’Mombwa, Iago Perreira Mendonca, Paul Mbong (Kenan Dervisagic 73), Rui Areias (Mustapha Jah 73) – Coach: Daniel Portela

Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Mattias Ellul, Steve Borg (Neil Anthony Micallef 52), Andrea Zammit (Stijn Miejer 66), Brandon Paiber, Jake Azzopardi (Jackson Mendoza 80), Diogo Tavares, Yannick Yankam (Ahmed Basher 80), Emmanuel Mise Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic   – Coach: Thane Micallef

Referee: Alex Johnson

assistenti: Duncan Sultana, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Daniel Casha

Skorers: C. M’Mombwa 93, K. Dervisagic 97 (F)

Ammoniti: G. Cioletti, M. Beerman, A. Kurtalic, C. M’Mombwa, I.P. Mendonca (F), A. Zammit, B. Paiber, S. Radic (V)

Player tal-Logħba: Charles M’Mombwa (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport