Sunday, April 19, 2026

Nisa: It-tieni telfa għal Malta kontra l-Irlanda ta’ Fuq f’erbat ijiem

Aqra wkoll

MALTA ……………………..2

IRLANDA TA’ FUQ ………4

Minn Cristian Muscat

F’partita valida mill-kwa­lifiki tat-Tazza tad-Dinja 2007, it-team nazzjonali tan- nisa safa megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 4-2, biex b’hekk wara t-telfa ta’ 4-0 ta’ nhar it-Tlieta li għadda barra minn xtutna, sofra t-tieni telfa fi spazju ta’ erbat ijiem kontra l-istess team.

L-Irlanda ta’ Fuq fetħu l-iskor fid-39 minuta meta wara li rċeviet minn azzjoni ta’ corner, ELLIE MASON kienet fil-post it-tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras pre­ċiża mill-viċin tefgħet ġew­wa.

Minuta biss wara, mill- azzjoni li segwiet fuq i-naħa l-oħra tal-pitch, Haley Bugeja kellha xutt mid-distanza salvat f’corner mill-goalkeeper Jacqueline Burns

U proprju mill-corner li rriżulta, il-Maltin għamlu l-iskor indaqs meta l-ballun intemm għand MARIA FARRUGIA li b’xutt mill- ewwel sparat ġewwa biex b’hekk irnexxielha tiskorja t-tieni goal tagħha f’dan il-Grupp wara l-goal kontra l-Isvizzera.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Maltin u fl-44 minuta Haley Bugeja minn taħt il-lasti kellha x-xutt salvat bi bravura mill-goalkeeper Irlandiża, biex evitat goal ċert.

Fid-59 minuta, l-Irlandiżi rduppjaw l-iskor permzz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza ta’ ELLIE MASON li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Raisa Costantino, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta qabel intemm ġewwa, biex b’hekk irreġistrat doppjetta perso­nali.

Malta wieġbet fil-65 minuta meta Haley Bugeja għaddiet tajjeb lejn Maria Farrugia li t-tentattiv tagħha minn tarf il-kaxxa spiċċa ftit għoli.

Iżda, fit-68 minuta, l-Irlandiżi skorjaw it-tielet goal meta wara li rċeviet minn azzjoni ta’ corner, b’daqqa ta’ ras preċiża NATALIE JOHNSON tefgħet fix-xibka beix b’hekk il-Maltin sofrew it-tieni goal proprju minn azzjoni corner.

Żewġ minuti wara, l-avversarji tagħna spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċiet Rebecca Holloway wara li ntweriet it-tieni karta safra.

U minkejja li kienu f’inferjoritá numerika, fit-73 minuta, huma skorjaw ir-raba’ goal permezz ta’  MEGAN BELL mill-viċin ma ħafritx. 

Fit-80 minuta, il-Maltin naqqsu l-marġni tal-iskor  meta LEAH AYRES, li kienet ilha biss ħames minuti fil-ground, mill-viċin tefgħet ġewwa, biex b’hekk skorjat l-ewwel goal tagħha bil-flokk tat-team nazzjonali Malti.

Malta: Raisa Costantino, Alexandra Gatt, Emma Lipman, Oceana Grange (Tammy Falzon 76), Rachel Cuschieri, Kailey Willis (Crista Chetcuti Ganado 81), Maria Farrugia, Shona Zammit, Brenda Borg, Nicole Sciberras (Leah Ayres 75), Haley Bugeja – Coach: Manuela Tes­se

Irlanda ta’ Fuq: Jacqueline Burns, Rebecca McKenna, Natalie Johnson, Brenna McPartlan, Ellie Mason (Laura Rafferty 72), Megan Bell (Aimee Kerr 93), Keri Halliday (Danielle Maxwell 61), Leyla McFarland (Carragh Hamilton 73), Lauren Wade (Casey Howe 73), Rebecca Holloway, Joely Andrews – Coach: Michael McArdle

Referee: Lina Lehtovaara (Finlandja)

Ass. Referees: Heini Hyvonen, Laura Koskinen (Finlandja)

Raba’ Uffiċjal: Lotta Vuorio (Finlandja)

Skorers: E. Mason 39, 51, N. Johnson 68, M. Bell 71 (I), M. Farrugia 41, L. Ayres 80 (M)

Tkeċċiet: R. Holloway 69 (I)

Ammoniti: R. Holloway (2), C. Howe (I)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport