Valletta ………1
Floriana ………2
(wara l-ħin barrani)
F’finali elettrifikanti u mill-aktar spettakolari tal-Izibet FA Trophy, li ntlagħbet quddiem l-akbar attedenza tal-istaġun ta’ iktar minn 6,000 persuna, b’mod mill-aktar meritat Floriana għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1, wara l-ħin barrani.
Din kienet il-21 darba li Floriana rebħu din il-kompetizzjoni biex laħqu lil Sliema Wanderers bħala l-iktar clubs li rebħu dan it-tieni l-akbar unur fil-foobtall Malti.
Sa mis-suffara inizjali Floriana wrew l-intenzjonijiet tagħhom u ħarġu fuq l-offensiva fejn lanqas kienet għaddiet minuta li Jan Busuttil dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel xeħet cross-shot fil-baxx li ġie interċettat mill-goalkeeper, Alessandro Guarnone.
Fil-ħames minuta, il-captain Matias Nicolas Garcia xeħet cross lejn Kristijan Keqi li iżda minn quddiem Guarnone ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb għalkemm ma żammx, bil-ballun jerġa’ jintemm għand Garcia li indirizza cross ieħor din id-darba fid-direzzjoni ta’ Jose Ulises Arias li kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm ftit barra.
Madankollu, bl-aktar mod meritat, fid-19-il minuta Floriana fetħu l-iskor meta mill-cross perfett ta’ Jose Ulises Arias, JAN BUSUTTIL, għola ma difensur Belti u b’daqqa ta’ ras żbilanċja lil Guarnone u xeħet il-ballun fix-xibka.
Fl-24 minuta, kien imiss lil Brandon Paiber li venven xutt b’saħħtu minn nofs il-kaxxa iżda sab lil Guarnone attent biex evita goal ċert.
Ħames minuti wara, il- goalkeeper Belti reġa’ kien providenzjali għat-team tiegħu meta Keqi approfitta ndeċiżjoni fid-difiża ta’ Valletta … żmarka lil Busuttil u bl-għajta tal-goal minn pożizzjoni angolata ra lil Guarnone jwettaq l-aktar save importanti tal-logħba biex b’hekk ċaħħad lil Floriana milli jirduppjaw.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Valletta u fil-ftuħ tat-tieni taqsima huma ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jiksbu d-draw … u proprju fid-49 minuta, huma ngħataw penalty meta Adam Magri Overend għamel kuntatt ma’ Andrea Zammit li spiċċa mal-art. Mill-11-il metru nkariga ruħu MARIO FONTANELLA li ma żbaljax b’xutt qawwi fil-baxx.
Huma komplew jippressaw u fit-53 minuta, il-goalkeeper Kitanov kien attent biex antiċipa lil Fontanella li kien f’qagħda tajba ta’ skor.
Floriana wieġbu fis-70 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Jose Ulises Arias li ġie salvat minn Guarnone.
Fit-72 minuta, Valletta reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt fil-baxx mid- distanza ta’ Zammit li iżda kien wisq ċentrali.
Il-partita kompliet tisbieħ u fis-77 minuta, minn angolu magħluq, Busuttil għadda minn bejn żewġ difensuri bil-ballun jintemm għand Rumyan Hovsepyan li kellu l-konklużjoni tiegħu mill-viċin tiġi salvata minn Guarnone.
Erba’ minuti mit-tmiem, Andrei Ciolacu kellu xutt fil-baxx kważi minn tarf il-kaxxa salvat b’diffikultá minn Guarnone.
Tliet minuti wara minn azzjoni ta’ corner id-difensur Christian Gauci kien għoddu ikkommetta auto-goal għal Valletta meta l-ballun ħabat miegħu u għoddu ntemm ġewwa iżda Guarnone kien pront u salva tajjeb.
Fil-ħin miżjud, Mattia Veselji għadda tajjeb lejn Jan Busuttil li iżda kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm ftit barra.
L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari baqa’ ma nbidilx u b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fil-105 minuta, Floriana rebħu penalty meta Rowen Muscat waqqa’ lis-sostitut Daniel Agius fil-kaxxa iżda mill-11-il metru Jan Busuttil ra x-xutt imkaxkar iħakkek ma’ sieq il-lasta.
Iżda fil-111-il minuta, il-Greens skorjaw il-goal tar- rebħa meta Jan Busuttil xeħet lejn ANDREA CIOLACU li b’first timer dawwar il-ballun għal ġox-xibka.
VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 6-Triston Caruana (4-Jean Borg 96), 14-Christian Gauci (5-Ryan Camilleri 109), 17-Andrea Zammit (10-Shaun Dimech 75), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Emanuel Oluwatobi David Promise (97-Lucas Campos 109), 20-Ivan Curjuric (92-Kevin Tulimieri 74), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado, 89-Mario Fontanella – Coach: Danilo Doncic
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni (5-Zachary Cassar 38), 9-Kristijan Keqi (11-Andrei Ciolacu 68), 10-Jose Ulises Arias, 20-Matias Nicolas Garcia (6-Rumyan Hovespyan 68), 22-Brandon Paiber (21-Mattia Veselji 68), 88-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil, 94-Ryan Camenzuli (77-Aleandro Garzia 54) – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Roberto Vella
RABA’ UFF: Stefan Pace
SKORERS: J. Busuttil 19, A. Ciolacu 111 (F), M. Fontanella 52 pen (V)
AMMONITI: E. M. Pena Beltre, M. Fontanella, A. Guarnone, J. Borg, E. Sala. K. Tulimieri (V), J. U. Arias, Z. Cassar, R. Hovsepyan, M. Veselji, A. Magri Overend (F)