Thursday, April 18, 2024

Jirriżenja l-president ta’ Valletta FC, Alex Fenech

Aqra wkoll

It-telfa tal-finali tal-FA Trophy li Valletta sofrew kontra r-rivali eterni Floriana bl-iskor ta’ 2-1 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani, ġabet magħha r-riżenja tal-president tal-club, Alex Fenech.

Huwa stess ħabbar fuq facebook fejn sostna li wara 12-il sena jaħdem fi ħdan il-club wasal iż-żmien li jagħmel spazju lil ħaddieħor.

Huwa kiteb: “Wara 12-il sena involut fit-tmexxija tal-akbar club f’Malta, wasal iż-żmien li nagħmel spazju għal nies u ideat ġodda. Grazzi lil dawk kollha li kienu dejjem warajja matul dan iż-żmien. Jien tajt dak kollu li kelli. Nawgura l-akbar suċċessi għal dawk li ġejjin warajja.

“Forza Valletta City għal dejjem.”

Ekonomija

Sport