Wednesday, April 24, 2024

“Qisni qed ngħix f’ħolma… inħobbok għal dejjem ma”

Bosta maħsudin bil-mewt ta' Agostina Grech

Aqra wkoll

“Lanqas irrid nemmen qisni qiegħed ngħix f’ħolma. Qiegħed inħossni tlift lili nnifsi. Strieħ fis-sliem ma inħobbok għal dejjem”. Iddikjara dan l-attur lokali Jean Pierre Grech b’reazzjoni għat-telfa tal-għażiża ommu ftit sigħat wara l-aħbar tal-mewt tagħha.

Proprju ftit tal-jiem ilu, f’Jum l-Omm l-attur xerred mal-ħbieb tiegħu fuq il-profil ta’ Facebook ritratt tal-okkażjoni li żgur li se jibqa’ jgħożż għal dejjem.

“Wieħed max-xiħa tiegħi f’Jum l-Omm”

Jean Pierre Grech

Agostina Grech hija l-vittma tal-inċident li seħħ ilbieraħ waranofsinhar f’sit tal-kostruzzjoni fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 p.m. fi Triq Azzopardi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti iżda sfortunatament il-mara ta’ 64 sena kienet iċċertifikata mejta fuq il-post. 

Fil-post issejħet ambulanza u assistenza medika iżda l-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post

Qraba oħrajn u ħbieb tagħhom ma naqsux milli jesprimu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa tal-mara li ħalliethom maħsudin bl-aħbar. 

Sport