Birkirkara ………1
Floriana ………….2
Floriana għelbu lil Birkirkara bl-iskor 2-1 biex laħqu lil Hamrun Spartans fil-quċċata tal-klassifika tal-BOV Premier League iżda dawn tal-aħħar iridu jirkupraw partita hekk kif illum jilagħbu kontra Naxxar Lions.
Kienu Birkirkara li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti Andrea Zammit kellu xutt li għadda għoli.
Huma komplew jippressaw u fit-13-il minuta Alessandro Coppola kellu tentattiv minn free-kick insidjuż li stampa mal-mimduda u ntemm barra.
Floriana wieġbu fil-25 minuta u rnexxielhom jiftħu l-iskor permezz ta’ MATTIA VESELJI, li wara li qabeż difensur avversarju permezz ta’ xutt fil-baxx, għeleb lill-goalkeeper Marcel Zapytowski.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewg minuti biss wara rebħu penalty meta Enrico Pepe waqqa’ lil Matheus De Sousa fil-kaxxa.
Iżda mill-11-il metru, Veselji ra lill-goalkeeper Karkariż jintefa’ minn tulu biex salva t-tentattiv tiegħu.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu aħjar u fis-66 minuta rebħu penalty meta minn azzjoni ta’ corner li kien l-ewwel wieħed tal-partita, Oualid El Hasni deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa u kawża t’hekk ġie ammonit.
Mill-11-il metru, ANDREI CIOLACU li ma żbaljx hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ lill-goalkeeper, Georgi Kitanov, naħa u l-ballun in-naħa opposta.
Huma komplew jippressaw u fit 80 minuta free-kick insidjuż ta’ Maxuell Maia ġie salvat b’diffikultá minn Kitanov.
Iżda, tliet minuti wara, kienu Floriana li skorjaw il-goal tar-rebħa meta Matias Nicolas Garcia xeħet cross li ħabat ma’ Dunstan Vella, bil-ballun jintemm għand KEMAR REID li permezz ta’ daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 10-Andrea Zammit (7-Adailton Queiroz 79), 11-Kurt Zammit (70-Omar Elouni 90), 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong (8-Paul Mbong 62), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite (91-Maxuell Maia 62), 99-Andrei Ciolacu – Coach: Brian Chetcuti
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni (77-Aleandro Garzia 70), 7-Mattia Veselji (94-Willis Furtado 83), 10-Jose Ulises Arias (9-Kemar Reid 69), 11-Matheus De Sousa (8-Jake Grech 69), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro – Coach: Mauro Camoranesi
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, James Muscat
RABA’ UFF: Darryl Agius
SKORERS: M. Veselji 25, K. Reid 83 (F), A. Ciolacu pen. 66 (B)
AMMONITI: E. Pepe, E. Sarpong, S. Zibo (B), O. E. Hasni, D. Vella (F)