Wednesday, July 24, 2024

Baħħara Maltin b’prestazzjonijiet tajbin fil- Yachting Malta BSC International Regatta

Aqra wkoll

Wara t-tielet ġurnata ta’tlielaq fil-Yachting Malta BSC International Regatta, il-baħrin Maltin urew il-ħila tagħhom, fejn bħalissa qedin  imexxu  ħamsa mis-sitt klassijiet Shaun Aquilina (BSC) u Timmy Vassallo (MYSC) għadhom bla telfa fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

Il-kundizzjonijiet tat-temp kienu kemxejn aktar ta’ sfida mill-bieraħ, b’riħ ħafif, imbatt u kurrenti kemmxejna qawwija fuq il-korsa tal-Optimist. Minkejja dan, il-flotot kollha setgħu jlestu t-tliet tiġrijiet li kienu ppjanati għall-ġurnata.

Ir-riżultati proviżorji wara t-tielet jum tat-tiġrijiet huma kif ġej:-

ILCA 4

Timmy Vassallo temm il-ġurnata bi tliet rebħiet konsekuttivi u qiegħed imexxi l-flotta fuq il-leaderboard proviżorju. Simili għar-riżultat tal-bieraħ Laidon Buhagiar (BSC) u Harry Fairbairn (MYSC) żammew it-tieni u t-tielet pjazzamenti rispettivi tagħhom.

ILCA 6

Benjamin Vassallo (MYSC) għadu jżomm l-ewwel post minkejja li Matthew Debono (MYSC), li jisab fit-tielet post, kiseb żewġ rebħiet konsekuttivi llum. Bejn iż-żewġ baħrin tal-MYSC, hemm Lacey Aquilina (BSC) fit-tieni post li tinsab punt biss quddiem Debono.

ILCA 7

Shaun Aquilina żamm postu fuq quddiem mingħajr telfa, b’distakk komdu fuq Crispin Peresso (BSC) u Julian Elwood (RMYC).

Optimist Beginner

Il-leaderboard hija okkupata minn tliet baħrin BSC. Jeremy Decelis għadu jmexxi l-flotta, b’distakk tajjeb fuq Ella Grech li tinsab fit-tieni post. Rebħa għal Timothy Vella fl-aħħar tiġrija tal-ġurnata ratu jegħleb lil Juanita Darmanin għat-tielet post.

Optimist Cadet

Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-klassifika proviżorja għal din il-Klassi. Villiams Osipovs (TJK-FVR) xorta żamm il-vantaġġ, segwit minn Emir Tombuloglu (Galatassaray) u Ethan Kodjaazliev (RMYC) li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Optimist Senior

Andrew Zhakov (BSC) ukoll żamm l-ewwel post tiegħu. Jonas Micallef (RMYC) li temm it-tiġrijiet tal-bieraħ fit-tielet post tela’ fit-tieni post, warajħ jieħu t-tielet post Thomas Wilson (MYSC).

Għalkemm mhumiex mistejjina sorpriżi kbar fil-leaderboard finali tal-Klassi ILCA, il-Klassi Optimist xorta hemm postijiet li għadhom miftuha, għalhekk l-anticipazzjoni għall-azzjoni tajba hija mistennija l-Ħadd meta jsiru l-aħħar tlielaq barra l-port ta’ Birzebbugia.

It-tlielaq jerġgħu jibdew il-Ħadd filgħodu fl-1100.

L-avveniment huwa appoġġjat minn Yachting Malta, Visit Malta, Kunsill Lokali Birzebbuga, Veleria 3 Fl, Malta Optimist Academy, RLR Yachting, u SportMalta. Il-Yachting Malta BSC Regatta ssir taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation.

Ekonomija

Sport