Saturday, December 21, 2024

Floriana jnaqqsu d-distakk għal erba’ punti mil-leaders Hibernians

Aqra wkoll

Floriana …….1

Birkirkara …..0

Floriana għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0 biex irreġistraw ir-raba’ rebħa konsekuttiva u naqqsu d-distakk għal erba’ punti mil-leaders Hibernians.

Peró fit-tieni taqsima, il-Karkariżi żiedu l-isforzi tagħhom u minkejja li ddomi­naw għal ħinijiet twal, ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja. 

Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offenisva u wara biss żewġ minuti Eugeniu Rebenja minn pożizzjoni ferm ideali ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper żagħżugħ tal-Istripes, Amara Sylla, li dawwar f’corner b’mod spettakolari.

Il-Furjaniżi komplew jippersistu u fil-11-il minuta Brandon Paiber kellu xutt fil-baxx mid-distanza li għadda ftit barra.

Ħames minuti wara reġa’ kien Paiber li ħoloq il-periklu għall-Greens me­ta din id-darba l-konklużjoni tiegħu spiċċat għoli.

B’azzjoni wara l-oħra, fis-17-il minuta finalment Floria­na fetħu l-iskor meta Jan Busuttil kellu pass għan-nofs li ġie devjat minn Enrico Pepe qabel wasal għand ANDREI CIOLACU li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu aktar avventurużi fit-tentattiv li jiksbu d-draw u  fid-49 minuta kellhom ferħa bla temma meta kellhom goal imħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside … meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Leandro Aguirre, Luke Montebello antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Georgi Kitanov, u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa … iżda l-goal ma ġiex konvalidat.

Fil-55 minuta l-Istripes ipprotestaw għall-penalty me­ta Oscar Carniello kellu daq­qa ta’ ras taħbat ma’ id id-difen­sur Zachary Cassar iżda r-referee, Darryl Agius, ħalla l-logħob għaddej.

Il-Karkariżi komplew jinsistu u fil-71 minuta, is-sostitut Johnon Nsumoh resaq viċin iżda falla l-mira … biex sat-tmiem Floriana kkontrallaw kull sitwazzjoni.

FLORIANA: 33-Georgi Kita­nov, 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 10-Jose Ulises Arias (6-Rumyan Hovsepyan 73), 11-Andrei Ciolacu (9-Kristijan Keqi 46), 22-Brandon Paiber, 28-Emiliano Callegari, 29-Eugeniu Rebenja (99-Manolito Micallef 73), 30-Jan Busuttil (96-Daniel Agius 55), 77-Alean­dro Garzia, 94-Ryan Camenzuli (3-Christian Rutjens 60)- Coach: Gianluca Atzori 

BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 5-Enrico Pepe, 6-Yannick Yankam, 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 10-Paul Mbong (14-Johnson Nsumoh 66), 22-Cain Attard (16-Jed Valletta 86), 23-Bismark Ngissah, 25-Oscar Carniello (21-Ryan Scicluna 86), 27-Leandro Aguirre, 77-Diego Venancio   – Coach: Andre Paus

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Paul Apap

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORER: A. Ciolacu 17 (F)

AMMONITI: E. Rebenja, A. Ciolacu, D. Agius, A. Garzia, G. Kitanov, K. Keqi (F), D. Venancio (B)

Ekonomija

Sport