Sunday, December 22, 2024

Floriana megħluba … issa jridu jirbħu kontra Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Marsaxlokk ………1

Floriana …………..0

Goal tmien minuti mit- tmiem ta rebħa ta’ 1-0 lil Marsa­xlokk fuq Floriana biex poġġew lil Hamrun Spartans fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fil-konfront li jmiss Flo­riana jridu rebħa fuq l-Ispartans biex jagħmlu pass kbir għar-rebħ tat-titlu … iżda riżultat ta’ draw jkun biżżej­jed għall-Ħamruniżi. 

Aktar inkwiet għal Floria­na huwa l-fatt li se jkunu mingħajr il-goalkeeper Bulgaru, Georgi Kitanov, li lejn it-tmiem laqqat karta safra, li hija r-raba’ waħda tiegħu tal-istaġun biex issa huwa sospiż għal kontra Hamrun.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Luis Furtado kellu x-xutt tiegħu mblukkat minn Matthew Calleja Cremona, biex mir-rebound Matheus De Sousa reġa’ mpenja lill-is­tess goalkeeper li reġa’ salva.

Marsaxlokk wieġbu fis-26 minuta u appellaw għall-pe­nalty mata Maksim Valadzko deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa iżda r-referee Trustin Farrugia Cann ħalla l-logħob għaddej.

Fit-58 minuta Yuri De Jesus Messias dar tajjeb ma’ di­fensur avversarju u  permezz ta’ xutt fil-baxx minn qagħda idea­li falla l-mira bi ftit.

Floriana wieġbu fis-66 mi­nuta minn cross-shot ta’ Maksim Valadzko li ġie salvat minn Calleja Cremona.

Il-pressjoni kienet kollha fuq il-Greens u fis-77 minuta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta mill-free-kick ta’ Luis Willis Furtado, Maksim Valadzko, għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn taħt il-lasta, tintemm ftit barra.

Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob kienu Marsaxlokk li skorjaw il-goal tar-rebħa fit-82 minuta meta Yuri De Jesus Messias ipprovda l-assist lil SUNDAY AKINBULE li avvanza tajjeb fil-kaxxa u spara ġewwa. Iżda fid-90 minuta, l-istess player tkeċċa wara li ntwera t-tieni karta safra.

Fil-ħin miżjud Floriana appellaw għal penalty meta  Carlo Zammit Lonardelli twaqqa’ fil-kaxxa iżda kien kollox normali għar-referee.

MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (99-Anthony Obonogwu 94), 11-Duane Bonnici, 27-Lean­dro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule, 94-Jose Fernando Junior (8-Jake Ghio 86) – Coach: Wins­ton Muscat

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 10-Jose Ulises Arias (8-Jake Grech 60), 11-Matheus De Sousa (93-Christos Rovas 69), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri (22-Kyrian Nwoko 92), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro, 77-Aleandro Garzia (21-Carlo Zammit Lonardelli 61), 94-Luis Willis Furtado – Coach: Mauro Camoranesi

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORER: S. Akinbule 82 (M)

AMMONITI: W. Soares Da Silva, L. Aguirre, N. Raden, S. Akinbule (2), G. Kitanov, A. Garzia (F)

TKEĊĊA: S. Akinbule 90 (M)

Ekonomija

Sport