Sunday, November 24, 2024

Floriana waħedhom fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Floriana ……..1

Valletta ……..0

Fid-derby ta’ Malta, Floriana għelbu lir-rivali eterni Valletta bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti jasal tard fil-partita, eżattament fit-92 minta, permezz tas-sostitut Lorenzo da Grazia.

Madankollu, f’dik li hi deskritta bħala l-partita tal-istaġun, naqset milli tilħaq l-aspettattivi mixtieqa, bl-az­zjonijiet ta’ skor fuq iż-żewġ naħat ikunu skarsi.

Permezz ta’ din ir-rebħa, issa Floriana jinsabu fil-kmand tal-klassifika bi 23 punt. Dan, wara ż-żelqa ta’ Hamrun Spartans kontra Bir­kirkara fil-jum preċedenti.

Kienu Floriana li ħolqu l- ewwel periklu fid-19-il minuta meta Maksim Valadzko xeħet cross lejn Jose Ulises Arias li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mdawra f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea.

Valletta wieġbu żewġ mi­nuti biss wara permezz ta’ xutt minn pożizzjoni ideali tal-captain Shaun Dimech, li iżda, intemm barra.

Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground. Dan sal-45 minuta meta Kemar Reid għall-Greens kellu d-daqqa ta’ ras tiġi salvata f’corner minn Jake Galea iżda ma kienx hemm ċans li jingħata l-corner hekk kif ir-referee Philip Farrugia saffar tmiem l-ewwel taqsima.

Mas-siegħa logħob, Fede­rico Falcone, għat-team mill-belt kapitali, niżżel il-ballun b’sidru lejn Jhonnattann Be­nites da Conceicao li ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ntemm barra.

Bħall-ewwel taqsima, il- partita kompliet b’ħafna  logħob f’nofs il-ground hekk kif iż-żewġ settijiet ta’ players ma bdewx jagħtu ċans lil xulxin.

Iżda d-drama ma ntemmitx hawn, hekk kif Floriana kel­lhom l-aħħar kelma meta fil-ħin miżjud, skorjaw il-goal tar-rebħa, meta wara li rċieva minn cross fil-baxx, LORENZO DA GRAZIA, kien fil-post it-tajjeb u  fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (7-Mattia Veselji 70), 8-Jose Ulises Arias (24-Lorenzo De Grazia 84), 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa Nogureira (22-Kyrian Nwoko 70), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouros   – Coach: ro Camoranesi

VALLETTA: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos (13-Jake Azzopardi 93), 6-Christian Gauci, 9-Adrian Santigo Ferraris (88-David Garba 93), 10-Shaun Dimech (80-Alfred Silas 77), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 44-Federico Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 77-Jhonnattann Benites Da Conceicao (93-Die­go Nogueira 89)   – Coach: Vin­cenzo Potenza

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORER: L. Da Grazia 92 (F)

AMMONITI: O. Spiteri, C. zammit Lonardelli, G. Kitanov, L. Da Grazia (F), B. Paiber, N. A. Micallef, J. R. Bolanos (V)

Sport