Thursday, June 25, 2026

Floriana Young Stars jkomplu jkabbru s-suċċess tal-Walking Hockey f’Malta

Aqra wkoll

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ Walking Hockey f’Malta li saret f’Mejju li għadda, Floriana Young Stars Hockey Club organizzaw t-tieni avveniment fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet li ra żieda kbira fil-parteċipazzjoni.

Filwaqt li l-ewwel attività laqgħet 20 parteċipant, din it-tieni edizzjoni ġibdet 45 persuna, maqsuma f’sitt timijiet. Minħabba ż-żieda, intużaw żewġ pitches fl-istess ħin, b’format ta’ league segwit minn semi-finali u finali.

Walking Hockey huwa verżjoni aktar bil-mod tal-hockey li jagħmilha aċċessibbli għal kull età u livell. L-attività laqqgħet eks- plejers, żgħażagħ u anke nies li qatt ma lagħbu hockey qabel.

Partikolarment importanti kien ir-ritorn ta’ eks-plejers li kienu waqfu minħabba injuries, li reġgħu sabu l-pjaċir tal-logħba f’ambjent sigur u soċjali.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport