Friday, May 3, 2024

Floriana Youngs Stars fil-finali tan-Knock-Out

Aqra wkoll

Floriana Young Stars kisbu post fil-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out tal-Hockey meta f’semifinali ferm missielta, huma għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 5-4 wara l-penalty shoot-out.

Il-Greens kienu f’forma mill-aqwa fejn saħansitra marru minn fuq u kien biss fl-aħħar li s-Slimiżi ġabu l-iskor indaqs sabiex marru għas-shoot out.

Fl-ewwel żewġ quarters ma ġie skorjat l-ebda gowl għalkemm fit-tielet quarter, Floriana marru minn fuq permezz ta’ Deemer Rapinett.

Lejn l-aħħar tar-raba’ quarter, il-Blues ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Jonathan Borg bil-logħba tmur għall-penalty shoot-out bi Floriana jiskorjaw erbgħa bi Sliema li sabu x-xibka tliet darbiet.

Issa Floriana Young Stars jistennew min se jkun l-avversarju fil-finali meta nhar il-Ħadd tintlagħab it-tieni semifinali bejn Qormi Daikin u White Hart.

GREE Sliema Hotsticks: Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Andrew Monaghan, Shaun Grima, Silas Plaehn, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Charlo Sammut, Alessandro Amore, Karl Borg, Jonathan Borg, Benjamin Johnston, Benjamin Johnston, Christ Agius, Ludwig Cole, David Vella Dingli, Ryan George.

Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Mark Camilleri, Luke Borg Costanzi, Leon Gatt, Julian Farrugia, Nathan Zammit, Verner Cachia, Elizabeth Engler, Deemer Rapinett, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Anton Saliba, Jean Paul Sapiano, Clive Williams, Joy Gibson.

Umpires: Shaun Mifsud, Keith Calleja.

Sport