Wednesday, July 24, 2024

Fluminense jippreżentaw offerta lil Thiago Silva

Aqra wkoll

Il-klabb Brażiljan ta’ Fluminense ippreżenta offerta lid-difensur veteran ta’ 39 sena Thiago Silva sabiex eventwalment jitħajjar jingħaqad magħhom. Aktar kmieni din il-ġimgħa, Silva ħabbar li mhux se jibqa’ ma’ Chelsea hekk kif se jfittex destinazzjoni oħra.

Min-naħa tiegħu, l-eks plejer ta’ AC Milan qed jara jkomplix il-karriera tiegħu fl-Ewropa jew inkella jmur f’art twelidu.

Thiago Silva kiber fl-akkademja ta’ Fluminense fejn lagħab magħhom bejn l-1998 u s-sena 2000.

Ekonomija

Sport