Wednesday, July 24, 2024

Beach Soccer: In-Nestle Ice Cream Beach Soccer League jibda l-ġimgħa d-dieħla

Aqra wkoll

Il-ġimgħa d-dieħla jingħata bidu għan-Nestle Ice Cream Beach Soccer League organizzat mill-Malta Beach Soccer Association. Kollox se jsir fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa fejn għal din is-sena sitt timijiet se jkunu qed jieħu sehem Ta’ Xbiex Sports Club, Sliema Beach Soccer Club, La Playa de Arena CF, Birżebbuġa Tigers, Naxxar Lions u Ħamrun Beach Soccer Club.
L-ewwel fażi se tkun maqsuma f’erba’ ġimgħat b’kull tim jilgħab ħames logħbiet. Eventwalment l-ewwel erba’ timijiet tal-klassifika jilagħbu s-semifinali bil-finali li hi programmata li ssir fis-6 ta’ Ġunju.

Sadanittant nhar it-Tlieta li ġej ikun hemm l-ewwel partiti b’dan il-programm:

It-Tlieta 7 ta’ Mejju

6:30 pm – Ħamrun vs Sliema

8.00pm – La Playa vs Ta’ Xbiex.

L-Erbgħa 8 ta’ Mejju

6:30 pm – Sliema v Naxxar

8.00pm – La Playa vs Naxxar.

Ekonomija

Sport