Wednesday, July 24, 2024

Futsal: Lija Athletics A jirbħu l-Enemed Women’s Futsal League

Aqra wkoll

Lija Athletics A rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lil Mtarfa Futsal 6-4 fit-tielet finali li ntlagħbet fil-Padiljun ta’ De La Salle. B’hekk huma naqqxu isimhom fl-istorja minħabba li kienu l-ewwel tim femminili li rebaħ dan il-kampjonat organizzat mill-Futsal Malta Association.

Mtarfa bdew tajjeb u marru minn fuq iżda raw ir-reazzjoni ta’ Lija li sa tmiem l-ewwel taqsima dawru l-iskor favurihom għal 3-1.

Fit-tieni taqsima, Lija baqgħu konsistenti u komplew jiskorjaw il-gowls għalkemm Mtarfa qatt ma qatgħu qalbhom minkejja li xorta spiċċaw b’idejhom vojta.

Ylenia Azzopardi, Irena Drugovic u Ruth Steer Cheetham skorjaw doppjetta kull wieħed għal Lija. Janice Pace skorjat tliet gowls għal Mtarfa b’Demi Magrin li żiedet ieħor għat-tim tagħha.

Fi tmiem il-logħba, il-president tal-Futsal Malta Association il-perit Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Lija Athletics A Jasmine Vella Turner.

Referees kienu Jude Amin Utulu u Clint Cassar.

Time-keeper kienet Sara Kankaras.

Ekonomija

Sport