Wednesday, July 24, 2024

Andriy Lunin mistenni jġedded ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-futur tal-goalkeeper mill-Ukrajna Andriy Lunin ma’ Real Madrid jidher wieħed fis-sod hekk kif id-diriġenti tal-klabb se jippruvaw iġeddulu l-kuntratt wara l-wirjiet riċenti li kellu.

Il-goalkeeper ta’ 25 sena ġie preferut minn Kepa Arrizabalaga bejn il-lasti ta’ Real Madrid bil-goalkeeper l-ieħor Thibaut Courtois li jinsab imweġġa’.

L-għan tal-Madrileni hu li jġeddulu l-kuntratt sa Ġunju 2028.

Ekonomija

Sport