Tuesday, December 24, 2024

Fluminense jirbħu t-Tazza Libertadores għall-ewwel darba

Aqra wkoll

It-team Brażiljan, Fluminense, rebaħ it-Tazza Libertadores għall-ewwel darba meta fil-finali għelbu lil Boca Juniors tal-Arġentina 2-1 wara l-ħin barrani.

Kien l-attakkant veteran German Cano li fetaħ l-iskor għall-Brażiljani fis-36 minuta. Luis Advincula kiseb id-draw fit-72 minuta b’xutt stupend mid-distanza biex daħħal il-logħba fil-ħin barrani.

Fil-perjodu miżjud, is-sostitut John Kennedy skorja l-goal tar-rebħa fid-99 minuta qabel ma tkeċċa bit-tieni karta safra.

Dan ħalla lil Fluminense jeħtieġu li jżommu b’10 players kontra ċ-champions sitt darbiet, Boca Juniors, iżda l-Arġentini wkoll spiċċaw b’10 players meta Frank Fabra tkeċċa talli ta daqqa ta’ ħarta lil Nino fil-105+7 minuta..

Din kienet essenzjalment logħba f’darhom għal Fluminense hekk kif il-finali saret fil-ground tagħhom – il-Maracana ta’ Rio de Janeiro.

Iżda Boca kienu appoġġjati minn appoġġ mdaqqas meta b’għexieren ta’ eluf ivvjaġġaw mill-Arġentina.

Ekonomija

Sport