Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet (fis-26 us-27 ta’ Settembru) ġiet imtellgħa l-ewwel edizzjoni ta’ Iron Island fil-BMX Warehouse f’ Pembroke. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Powerlifting, fejn b’kollox ħadu sehem 73 reffiegħ minn 7 pajjiżi differenti.

Il-veterana Maltija Lorna Cachia kisbet it-tielet post fuq il-podju tan-Nisa, b’punteġġ GL ta’ 89.14.
Il-bqija tal-podju kien magħmul minn ġiex reffiegħa Belġjani, Aurélie Van Nuffelen u Lieze Vancoillie, li rispettivament kisbu 89.96 u 95.04 punti GL. Lorna Cachia irnexxielha tikser total ta’ 4 Rekords Nazzjonali fi triqtha għat-tielet post, fosthom squat ta’ 180 kilo fil-kategorija tal-84 kilo.

Fuq in-naħa tal-Irġiel reffiegħ ieħor Malti, Ian Pace, spiċċa fit-tielet post b’punteġġ GL ta’ 91.56.
Fit-tieni post kien hemm il-Belġjan Casper Schedin, b’punteġġ GL ta’ 97.42. U fl-ewwel post spiċċa il-Grieg John Pieris. Ian Pace kiser ir-Rekord Nazzjonali tal-isquat fil-kategorija tat-93 kilo, fejn refgħa 265.5 kilo.

Ir-reffiegħa Maltija Caylee Attard spiċċat fit-tielet post fil-kategorija Junior tan-Nisa, b’ġiex reffiegħa Belħjani jimlew il-bqija tal-podju, Lotte Van de Weghe fit-tieni post u Lieze Vancoillie fl-ewwel post. Il-podju tal-Irġiel Junior kien magħmul mill-Grieg Stavros Vavougyios fit-tielet post, il-Kuwajti Mohammad Alkhatrash fit-tieni post u Casper Schedin fl-ewwel post.
Bħala pajjiżi, il-Greċja ġew fit-tielet post, Malta it-tieni, u l-Belġju ħadu l-ewwel post.
Il-kompetituri Maltin li ħadu sehem f’ Iron Island irnexxielhom jiksru total ta’ 27 Rekords Nazzjonali.
L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-isponsors ta’ din il-kompetizzjoni; A7, Sbd (Malta), Enervit, Printhub, 242 Group, MGG Event Services u Invent 3D!




