Wednesday, September 30, 2026
Home Kultura Kunċert ta’ Mużika Sagra f’għeluq it-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’...

Kunċert ta’ Mużika Sagra f’għeluq it-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi

0
50

Is-Società Filarmonica Vilhena se tippreżenta “Franġisku”, kunċert ta’ mużika sagra li jfakkar it-800 anniversarju mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi.

Il-kunċert se jittella’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast George Debono, bis-sehem tal-Amadeus Chamber Choir u tas-solisti Ruth Casingena u Charles Vincenti. Il-mużika tinkludi siltiet minn kompożituri storiċi kbar bħal Mozart, Bach, Bizet, Puccini u aktar.

Fil-Floriana minn dejjem kien hemm rabta speċjali ma’ San Franġisk minħabba l-kunvent tal-Kapuċċini Franġiskani li ilu jeżisti hemm sa mill-1588. Dan apparti l-preżenza ta’ niċċa ddedikata lil dan il-qaddis li tinsab fit-triq li ġġiblu ismu.

L-attività se ssir is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2026, fis-7.30pm, fil-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Patrijiet Kapuċċini, il-Furjana.
Id-dħul huwa mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden. Wara l-kunċert se jsir riċeviment.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here