Il-Maġistrat Dr Leonard Caruana u l-Maġistrat Dr Elaine Rizzo ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala mħallfin tal-Qrati Superjuri ta’ Malta waqt ċerimonja mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, fil-Belt Valletta.
